REAT TA’ MIBGĦEDA

HATEDEMICS

L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità, bi pjaċir tixtieq tħabbar li ssieħbet bħala parteċipant fil-proġett bit-titolu ‘HATEDEMICS’ iffinanzjat mill-fond tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm CERV (Kuntratt Nru. 101143249).

Xi jfisser ‘HATEDEMICS’?

‘HATEDEMICS’ – Jindirizza t-tfixkil ikkawżat minn kliem ta’ mibegħda online, kif ukoll diżinformazzjoni li tinxtered fuq l-istess pjattaforma. Dan hu possibbli permezz ta’ investiment mill-istess proġett f’teknoloġiji bbażati fuq Intelligenza Artifiċjali proprju ddisinjati sabiex jipprevjenu u jiddentifikaw tali azzjonijiet pprezentati online. Dan jgħin sabiex innaqsu l-elementi ta’ polarizzazzjoni u t-tixrid ta’ aħbarijiet foloz, teoriji u kliem razzisti, xenofobiċi, diskors intolleranti u l-konfoffi oħra li jkattru azzjonijiet ta’ mibegħda.
Bidu: L-1 ta’ April 2024
Tmiem: Il-31 ta’ Marzu 2026

Il-Proġett

L-għan tal-proġett huwa li jsaħħaħ il-miżuri preventivi u reazzjoni fl-immedjat kontra kliem ta’ mibegħda u d-diżinformazzjoni mxerrda online. Il-proġett joffri spazju lil msieħba fi ħdan il-proġett li jinkludi għaqdiet mhux governattivi, entitajiet pubbliċi, factcheckers, u studenti żgħażagħ bħala attivisti biex jipprevjenu u jiġġieldu b’mod effettiv il-polarizzazzjoni, it-tixrid ta’ kliem razzist, xenofobiku u intolleranti, kif ukoll teoriji ta’ konfoffa.

Primary Objective of the Project

The project’s primary objective is to address online hate and fake news, with a specific emphasis on tackling the often overlooked and interrelated issues that intersect between hate speech and disinformation.

X’se nagħmlu...

Permezz ta’ dan il-proġett, se nkunu qegħdin ninvestu f’Intelligenza Artifiċjali sabiex inqajmu għarfien u ninkoraġġixxu azzjonijiet, hekk kif imsemmi hawn taħt:

1) Aktar monitoraġġ u identifikazzjoni ta’ kliem ta’ mibegħda u diżinformazzjoni fuq il-mezzi soċjali.

2) Il-ġbir ta’ informazzjoni teknika li tistma r-riskju ta’ tali azzjonijiet online.

3) L-iżvilupp ta’ kontro-narrattivi awtomatiċi sabiex jgħinu lil professjonisti, kif ukoll lil attivisti, jagħtu l-parir tagħhom fl-immedjat online. B’hekk nassiguraw inqas tixrid ta’ diżinformazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta’ mibegħda online.

4) It-twettiq ta’ evalwazzjoni fuq l-informazzjoni miġbura permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali, sabiex tippermetti għal interventi online aktar iffukati u f’waqthom li jirriżultaw fi sforz professjonali u volontarju aktar effiċjenti u effettiv. Dan il-metodu huwa mfassal abbazi tal-parametri legali, inkluz il-protezzjoni tad-data.

Azzjonijiet mill-Proġett

Il-proġett se jkun qiegħed:

Jizviluppa u jivvalida pjattaforma ta’ informazzjoni f’erba’ (4) Stati Membri tal-UE (l-Italja, Malta, il-Polonja u Spanja). Din hija għodda importanti li tiġbor fiha d-data kollha u hija aċċessibli għall-esperti tal-parteċipanti.

Il-proġett se jkun qiegħed ifassal kampanja ta’ għarfien b’mod interattiv u edukattiv, abbażi tal-valuri u d-drittijiet tal-UE.

Iqajjem kuxjenza permezz tal-parteċipazzjoni bejn l-imsieħba fil-proġett u l-pubbliku b’mod ġenerali sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kliem ta’ mibegħda u t-tixrid ta’ informazzjoni falza.

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett, nistednuk iżżur is-sit web www.hatedemics.eu

X’inhu reat ta’ mibegħda?

Ir-reat ta’ mibegħda huwa kwalunkwe reat kriminali li jgħaddi minnu l-vittma, jew kwalunkwe persuna oħra, li jkun motivat minn ostilità jew preġudizzju bbażat fuq ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sess, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-lingwa, l-oriġini nazzjonali jew etnika, iċ-ċittadinanza jew it-twemmin politiku jew kwalunkwe opinjoni oħra ta’ persuna.

Ir-reat ta’ mibegħda huwa magħmul min-numru ta’ atti li ġejjin:

  • Insulti Verbali
  • Vjolenza u aggressjoni
  • Tixwix
  • Attakk

Kif tirrapporta każ ta’ reat / diskors ta’ mibegħda jew xi reat ieħor?

Meta tiltaqa’ ma’ każ ta’ reat/ diskors ta’ mibegħda jew kwalunkwe reat ieħor, tista’ tirrapporta lill-pulizija jew lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità. Meta tirrapporta każ bħal dan mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità, trid tipprovdi dan li ġej:

  • Screenshot sħiħ tal-post u l-kumment. L-iscreenshot m’għandu jinbidel bl-ebda mod
  • Il-link tal-URL għall-profil tal-Facebook tal-allegat trasgressur u screenshot tal-profil tal-istess persuna.
  • Il-link tal-URL u screenshot ta’ fejn il-post/kumment ġie ppubblikat oriġinarjament.

Wara l-analiżi tal-avukat, jinħareġ ilment uffiċjali (kwarela), jekk ir-rapport jinstab li huwa diskors ta’ mibegħda jew reat ta’ mibegħda l-ilment uffiċjali jiġi referut lill-Pulizija sabiex jinvestigaw min-naħa tagħhom. Jekk l-investigazzjonijiet jirriżultaw li twettaq att kriminali l-allegat trasgressur jitressaq il-Qorti u l-persuni li rrappurtaw jew il-vittmi jitresqu bħala xhieda. Jekk persuna tinstab ħatja ta’ reat ta’ mibegħda l-istess persuna jeħel il-ħabs bejn sitt xhur u tmintax-il xahar u tista’ tinħareġ multa.

Skip to content