Fuqna

L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità ġiet stabbilita taħt LN418 tal-2020

L-irwol tal-aġenzija huwa li tiżgura li s-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi jitmexxew, jiġu ġestiti u pprovduti skont l-istandards eżistenti u approvati minn żmien għal żmien.

L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità tipprovdi l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa lill-vittmi, inkluż:

  • It-twettiq ta’ valutazzjonijiet individwali tal-vittma u tipprovdi Appoġġ Emozzjonali.
  • Informazzjoni u segwitu dwar il-każijiet tagħhom
  • Gwida dwar x’wieħed għandu jistenna fil-Qorti.
  • Takkumpanja lill-vittmi fil-Qorti.
  • Tagħrif dwar il-ħelsien tat-trasgressur mill-ħabs.
  • Tqajjem kuxjenza u tisħaq dwar id-drittijiet tal-vittmi biex tinkoraġġixxi vittmi oħra jirrappurtaw u jfittxu l-għajnuna.
  • Tilħaq lill-vittmi biex tgħinhom iħossuhom siguri, jipproċessaw l-esperjenza trawmatika tagħhom u jaħdmu fuq il-kwalità tal-ħajja preċedenti tagħhom.
  • Il-promozzjoni ta’ approċċ multidixxiplinarju u multi-aġenziji biex jiġi sostnut il-benessri ħolistiku tal-vittmi filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi.

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

Naġixxui bħala l-punt ta’ kuntatt Nazzjonali għall-vittmi tal-kriminalità; intejbu l-approċċ olistiku lejn il-bżonnijiet u l-appoġġ għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Ngħinu lill-vittmi jitkellmu magħna u jegħlbu t-tbatijiet!

Skip to content