Appoġġ u Sostenn lill-Vittmi tal-Kriminalità

Sentejn esperjenza
0
Vittma rċevew l-għajnuna
0 +
Most reported offence - Domestic violence
0 %

Informażżjoni fuq il- Panic alarm

Sessjoni ta' tħejjija qabel il-qorti

Akkumpanjament fil-Qorti

Servizz ta' Trasport lejn il-QortiTransport Service to Court

Victim empowerment pathways

X’ Noffru?

Informazzjoni

Informazzjoni

Gwida Legali

Gwida Legali

Appoġġ Emozzjonali

Appoġġ Emozzjonali

Il-Viżjoni Tagħna

L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità, il-VSA qiegħda sabiex tappoġġja u tagħti sostenn lill-vittmi tal-kriminalità, filwaqt li tappella għal soċjetà aktar inklussiva.

Support
Empower
Advocating
Inclusive Society

Testimonials Of Victims Of Crime

FORMOLA TA’ PREVENZJONI DV

DV Prevention Form

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

Il-VSA tista’ tgħinek billi tipprovdilek firxa ta’ servizzi ta’ appoġġ Is-servizzi ta’ appoġġ offruti huma mingħajr ħlas u mfassla speċifikament għal kull individwu.

  • Isservi Bħala Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali Għall-Vittmi tal-Kriminalità
  • Appoġġ Emozzjonali
  • Gwida Legali
  • Informazzjoni u Notifika lill-utenti tas-Servizz

Ir-reat ta’ mibegħda huwa kwalunkwe reat kriminali li jgħaddi minnu l-vittma, jew kwalunkwe persuna oħra, li jkun motivat minn ostilità jew preġudizzju bbażat fuq ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sess, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-lingwa, l-oriġini nazzjonali jew etnika, iċ-ċittadinanza jew it-twemmin politiku jew kwalunkwe opinjoni oħra ta’ persuna.

Ir-reat ta’ mibegħda huwa magħmul min-numru ta’ atti li ġejjin:

  • Insulti Verbali
  • Vjolenza u aggressjoni
  • Tixwix
  • Attakk

Il-vittma tal-kriminalità huwa kull min jiġi affettwat mill-istess kriminalità, mhux biss dawk li jesperjenzawha direttament, iżda wkoll ħbieb, familjari u kwalunkwe persuna oħra involuta. Ma jimpurtax meta seħħ ir-reat.

Meta tiltaqa’ ma’ każ ta’ reat/ diskors ta’ mibegħda jew kwalunkwe reat ieħor, tista’ tirrapporta lill-pulizija jew lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità. Meta tirrapporta każ bħal dan mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità, trid tipprovdi dan li ġej:

  • Screenshot sħiħ tal-post u l-kumment. L-iscreenshot m’għandu jinbidel bl-ebda mod
  • Il-link tal-URL għall-profil tal-Facebook tal-allegat trasgressur u screenshot tal-profil tal-istess persuna.
  • Il-link tal-URL u screenshot ta’ fejn il-post/kumment ġie ppubblikat oriġinarjament.
Wara l-analiżi tal-avukat, jinħareġ ilment uffiċjali (kwarela), jekk ir-rapport jinstab li huwa diskors ta’ mibegħda jew reat ta’ mibegħda l-ilment uffiċjali jiġi referut lill-Pulizija sabiex jinvestigaw min-naħa tagħhom. Jekk l-investigazzjonijiet jirriżultaw li twettaq att kriminali l-allegat trasgressur jitressaq il-Qorti u l-persuni li rrappurtaw jew il-vittmi jitresqu bħala xhieda. Jekk persuna tinstab ħatja ta’ reat ta’ mibegħda l-istess persuna jeħel il-ħabs bejn sitt xhur u tmintax-il xahar u tista’ tinħareġ multa.

Jekk tesperjenza reat kriminali dirett jew indirett, għandek tfittex l-għajnuna billi ċċempel fuq 116006 jew ikkuntattjana permezz ta’ messenger. F’każ ta’ emerġenza ċempel 112.

Dawn li ġejjin huma wħud mis-sintomi psikoloġiċi li jistgħu jesperjenzaw il-vittmi ta’ reat u/jew diskors ta’ mibegħda
  • Biża’ u Ansjetà
  • Dipressjoni
  • Ħtija u mistħija
  • Vulnerabbiltà
  • Rabja u irritabilità
  • In-nuqqas ta’ tama