Dawra bid-dgħajsa għat-tfal li huma vittmi tal-kriminalità

Ħaddiema tal-Aġenzija flimkien ma’ uffiċjali tal-pulizija organizzaw ħarġa għat-tfal li kienu vittmi tal-kriminalità. It-tfal kellhom ġurnata differenti minn tas-soltu fejn marru dawra bid-dgħajsa u setgħu jgawdu ftit ħin fuq il-baħar. L-Aġenzija temmen li attivitajiet bħal dawn huma importanti għax nkomplu nipproteġu lill-vittmi u ngħinuhom ikomplu b’ħajjithom. Grazzi lil Osiris Marsaxlokk boat tours tal-għajnuna tagħhom.
Skip to content