Sessjoni ta’ Informazzjoni mal-Kunsilli Reġjonali tat-Tramuntana u l-Lvant dwar il-ħidma u s-servizzi li toffri l-Aġenzija.

Il-Ħaddiema tal-Kunsilli lokali jiltaqgħu ma’ ħafna residenti lkoll bi sfidi u problemi differenti. Fl-aħħar xhur l-Aġenzija għall-Vittmi tall-Kriminalità b’koperazzjoni sħiħa ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali organizzat sessjonijiet ta’ informazzjoni mal-Kunsilli Reġjonali tat-Tramuntana u l-Lvant dwar il-ħidma u s-servizzi li toffri l-Aġenzija. Għal din il-laqgħa attendew Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi u ħaddiema tal-kunsilli lokali li lkoll jiltaqgħu mar-residenti u jistgħu jħeġġuhom jfittxu l-għajnuna jekk jisfaw vittma ta’ xi reat kriminali.
Skip to content