Il-Vittmi tat-Terroriżmu jkomplu jissieltu biex isemmgħu leħinhom, jingħataw għajnuna u jkollhom id-drittijiet tagħhom mħarsa. Il-vittmi ta’ spiss iħossuhom minsija ladarba jgħaddi ż-żmien mill-attakk terroristiku u dan kollu jista’ jħalli konsegwenzi warajh. Illum saret l-ewwel inizjattiva ta’ taħriġ tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità mmexxija mis-Sinjura Christine Cauci (Uffiċjal ta’ Appoġġ Emozzjonali — Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità) dwar il-vittmi tat-terroriżmu, b’kooperazzjoni ma’ Victim Support Europe u ċ-Ċentru għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Kummissjoni tal-UE (EUCTV).