FORMOLA TA’ PREVENZJONI DV

FORMOLA TA’ PREVENZJONI DV

Il-liġi l-ġdida dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika qed iservi bħala għodda u appoġġ ġdid lil dawk il-persuni li jistgħu jkunu f’riskju ta’ vjolenza domestika. Permezz ta’ din il-liġi, persuni li jkunu f’relazzjoni intima jistgħu jissottomettu applikazzjoni mal-Aġenzija tal-Vittmi tal-Kriminalità jew mal-Pulizija biex jivverifikaw jekk is-sieħeb tagħhom għandux storja ta’ vjolenza domestika. Il-persuna tingħata biss informazzjoni dwar jekk is-sieħeb instabx ħati mill-qorti fuq każ ta’  vjolenza domestika u mhux allegazzjonijiet li jkunu saru jew kawżi pendenti quddiem il-Qorti. Applikant li jrid jaċċessa l-informazzjoni irid isegwi kriterji speċifiċi stabbiliti b’din il-liġi. Ir-risposta lill-applikant tingħata fi żmien sebat ijiem, u jekk meħtieġ, jinħareġ ukoll avviż ta’ twissija dwar ir-riskju. F’dan il-każ, il-Pulizija fi ħdan l-Aġenzija se tispjega wkoll ir-raġunijiet dwar ir-riskju fejn tidħol vjolenza domestika, filwaqt li l-professjonisti fi ħdan l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità se jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ disponibbli.
Persuna tista’ tissottometti applikazzjoni online fuq din il-paġna jew tapplika personalment fl-Aġenzija għall-Appoġġ għall-Vittmi (52, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta).

FORMOLA TA' PREVENZJONI DV

DD slash MM slash YYYY
DD slash MM slash YYYY
Skip to content